St Ignatius College Ħaż-Żebbuġ Primary School

Home » Uncategorized (Page 2)

Category Archives: Uncategorized

Summer Counselling Service

Dear Parents/Guardians,

We would like to inform you that once again our College will be offering counselling services throughout the summer break.

Should you feel your child would benefit from the service, kindly read the circular attached below.

Thank you.

Bejgħ tal-Uniformijiet tal-Istudenti / Sale of School Uniforms

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Id-Direttorat għal-Loġistika u Trasport jixtieq jinfurmakom li l-uniformijiet uffiċjali tal-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju se jkunu għall-bejgħ fl-iskejjel, kif imniżżel fiċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians,

The Logistics and Transport Directorate would like to inform you that the sale of official school uniforms for St Ignatius College will be held from schools as per circular attached below.

Thank you.

National Lottery Olympic Day 2024 – Maltese Olympic Committee

The Maltese Olympic Committee is organising The National Lottery Olympic Day 2024 through the Olympic Solidarity Programme and in collaboration with the MOC Local Sponsor, National Lottery.

Those wishing to participate in the Olympic Day Run are kindly requested to register through this link: https://nocmalta.org/activities/olympic-day-run-2024/

Programme of events is attached below.

Kompetizzjoni tal-Arti ‘Maltese Heritage Through Art’ / Art Competition: ‘Maltese Heritage Through Art’

FRANK SALT Real Estate Ltd. għall-darba oħra qed jerġa’ jistieden l-istudenti tal-iskejjel primarji, sekondarji u dawk post-sekondarji (tal-istat u dawk mhux tal-istat), sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal-arti li hija marbuta ma’ tema. It-tema ta’ din is-sena hija ‘Maltese Heritage Through Art’. It-tema se tkun qed tagħti l-opportunità lil-istudenti li jesploraw billi jpinġu dak li josservaw u li jiżviluppaw l-ideat tagħhom fi proċess kreattiv inspirat minn dak kollu li hu Malti bħal: arkitettura tradizzjonali Maltija, siti storiċi, dettalji tax-xogħol tal-bizzilla u galleriji tipiċi Maltin.

Aktar informazzjoni tinsab fil-poster u ċ-ċirkulari mehmuża.


FRANK SALT Real Estate Ltd. is once again inviting primary, secondary and post-secondary art students (state and non-state schools) to participate in a thematic-based art competition. This year’s theme is ‘Maltese Heritage Through Art’. It provides students the opportunity to explore the theme by sketching from observation and develop ideas through a creative process inspired by special features of Maltese heritage such as: traditional Maltese architecture, historic landmarks, detailed lacework, and the iconic Maltese balconies.

For more information kindly read the attached poster and circular.

MUŻINTEGRA – Free Music Lessons at St Gaetan Band Club in Ħamrun

L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tal-Ħamrun qiegħda tistedinkom biex tibdew tipparteċipaw fil-programm għat-tagħlim tal-mużika li qed torganizza għal gruppi ta’ etajiet differenti.

Dan il-programm ta’ tagħlim fit-teorjia u daqq ta’ strumenti qed isir bil-kollaborazzjoni u s-sapport finanzjarju ta’ Aġenzija Żgħażagħ u tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Għal aktar informazzjoni, inħeġġukom taqraw iċ-ċirkulari u l-formola tal-applikazzjoni mehmuża.

Grazzi.


St Gaetan’s Band Club of Ħamrun is inviting you to participate in the music learning programme that it is organising for different age groups.

This learning programme in music theory and instrument playing is being organised in collaboration with the Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda (The National Maltese Band Clubs Association) and Agenzija Żgħażagħ (Government’s Youth Agency) that is providing amongst other things financial support to the band club.

For more information, we encourage you to read the attached circular and application form.

Thank you.

Super Sibs

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Il-Family Support Unit fi ħdan Aġenzija Sapport qed tikkoordina programm eċitanti tas-sajf bl-isem Super Sibs, immirat għal tfal u adolexxenti bejn is-7 u s-16-il sena li għandhom aħwa b’diżabilità. Il-parteċipanti se jkunu maqsuma fi gruppi skont l-etajiet u jsiru kull ġimgħa f’żewġ postijiet għal perjodu ta’ 6 ġimgħat:

📍 Ronald McDonald House Charities Malta fil-Qawra

Bidu: 24 ta’ Ġunju 2024

Ħin: 16:30 – 18:00

📍 Għajnsielem Learning Hub f’Għajnsielem, Għawdex

Bidu: 19 ta’ Awwissu 2024

Ħin: 16:30 – 18:00

L-attendenza hi bla ħlas, iżda hu neċessarju li wieħed jibbukkja peress li l-ispazju hu limitat. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-10 ta’ Ġunju 2024.

Għal aktar informazzjoni u biex tapplikaw, żuru s-sit ta’ Aġenzija Sapport fuq https://sapport.gov.mt/workshops/super-sibs/, ċemplu l-Helpline ta’ Aġenzija Sapport fuq Freephone 153 (agħfas 5), jew ibagħtu email fuq workshops.sapport@gov.mt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians,

The Family Support Unit within Aġenzija Sapport is coordinating an exciting summer programme called Super Sibs, aimed at children and teenagers aged 7-16 years who have a sibling with a disability. The participants will be divided according to age groups and held weekly at two locations for a period of 6 weeks:

📍 Ronald McDonald House Charities Malta in Qawra

Starting: 24th June 2024

Time: 16:30 – 18:00

📍 Għajnsielem Learning Hub in Għajnsielem, Gozo

Starting: 19th August 2024

Time: 16:30 – 18:00

Attendance is free of charge, but booking is necessary as space is limited. Deadline for applications is 10th June 2024.

For more information and to apply, visit Aġenzija Sapport website https://sapport.gov.mt/workshops/super-sibs/, call the Aġenzija Sapport Helpline on Freephone 153 (press 5), or email workshops.sapport@gov.mt.

Thank you.

European Agency – Audit Survey

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

F’Ottubru 2023, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (Malta) ħabbar l-awditjar mill-ġdid tas-sistema ta’ inklużżjoni tiegħu. Il-Ministeru talab lill-Aġenzija Ewropea għall-bżonnijiet Speċjali u lEdukazzjoni Inklussiva (l-Aġenzija) biex tieħu ħsieb dan l-awditjar ħalli tkejjel ilprogress mill-aħħar awditjar li sar mill-Aġenzija fl-2014. L-awditjar għandu wkoll l-għan li jixħet dawl fuq sfidi ewlenin li għad iridu jiġu indirizzati, filwaqt li juri opportunitajiet għal titjieb ta’ prattiki effettivi eżistenti.

S’issa saru għadd ta’ attivitajiet biex tinġabar l-informazzjoni. Il-laqgħat fiżiċi saru f’Malta bejn it-22 u s-26 t’April 2024. Dan kien jinvolvi żjarat fl-iskejjel, gruppi għad-diskussjoni, u intervisti ma’ għadd mifrux ta’ nies fil-qasam edukattiv. Saru wkoll laqgħat onlajn ma’ partijiet ikkonċernati oħra u issa ser jsir kwestjonaru għall-edukaturi u parteċipanti oħra.

Id-data tal-għeluq tal-kwestjonarju hija l-10 ta’ Ġunju 2024.

Nixtiequ nistednukom biex tipparteċipaw fil-kwestjonarju (verżjoni bl-Ingliż u bil-Malti) permezz tal-ħolqa t’hawn taħt:

https://www.european-agency.org/malta-reaudit-survey

Grazzi tal-ħin tagħkom.


Dear Parents/Guardians,

In October 2023, the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation (Malta) announced a re-audit of its inclusive education system. The Ministry has asked the European Agency for Special Needs and Inclusive Education (the Agency) to carry out the re-audit to identify progress made since the Agency’s audit in Malta in 2014. The re-audit will also aim to highlight key challenges still to be addressed and showcase opportunities for building on existing effective practices.

To carry out this re-audit, a number of data collection activities have been carried out. In-person fieldwork has taken place in Malta from 22nd to 26th April 2024. his involved school visits, focus groups and interviews with a wide range of stakeholders. Online focus groups have also been carried out and a survey will take place during May 2024 for educators and other stakeholders.

The closing date for the survey is 10th of June 2024.

We would like to invite you to participate in the survey (English or Maltese version) through the link below:

https://www.european-agency.org/malta-reaudit-survey

Thank you for your time.

    Nofstanhari / Half Days

    Għeżież Ġenituri/Kustodji,

    Infakkrukom li minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Ġunju 2024 jibdew in-nofstanhari. L-iskola tibda fil-ħinijiet tas-soltu u tispiċċa kif ġej:

    Kinder: 12:00pm

    Primarja: 12:15pm

    It-trasport ikun provdut f’12:00pm u s-servizz ta’ Klabb 3-16 ikun provdut ukoll għal min ikun irreġistrat.

    Grazzi.


    Dear Parents/Guardians,

    May we remind you that half days start as from Monday 3rd June 2024. School starts as per usual timetable and dismissal will be as follows:

    Kinder: 12:00pm

    Primary: 12:15pm

    Transport will be provided at 12:00pm and Klabb 3-16 service will be provided to registered students.

    Thank you.

    Verżjoni addattata għat-tfal tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali / Child-friendly version of the Digital Education Strategy

    Id-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali ppubblika d-dokument għall-konsultazzjoni pubblika tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali.

    Biex jiġi żgurat is-suċċess ta’ din l-istrateġija, bħala partijiet interessati ewlenin, it-tfal huma mħeġġa jipprovdu l-kummenti tagħhom. Id-Direttorat huwa impenjat li jiffaċilita l-proċess biex jiżgura li l-perspettivi tat-tfal jingħataw l-importanza mistħoqqa u li jiffurmaw parti integrali mill-politiki u l-inizjattivi li se jsawru l-futur tagħhom. B’ kollaborazzjoni malMinisteru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-tfal, id- direttorat provda wkoll il-verżjoni addattata għat-tfal ta’ dan id-dokument ta’ konsultazzjoni; dan huwa aċċessibbli onlajn fuq: https://empoweringchildren.gov.mt/digital-education-strategy/.

    Id-dokument bil-Malti tal-konsultazzjoni dwar l-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali jinsab fuq: https://digitalliteracy.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2024/04/Maltese-Book-FOR-WEB.pdf.

    Il-ktejjeb bl-Ingliż: https://digitalliteracy.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2024/04/English-Book-FOR-WEB.pdf

    Il-kummenti se jintlaqgħu sat-28 ta’ Ġunju 2024 fuq digital.edu.strategy.meyr@gov.mt.


    The Directorate for Digital Literacy and Transversal Skills has published the Digital Education Strategy public consultation document.

    To ensure the success of this strategy, as key stakeholders, children are encouraged to provide their feedback. The Directorate is committed to facilitating the process to ensure that the perspectives of children is given due importance and that they form an integral part of policies and initiatives that will shape their future. In collaboration with the Ministry for Social Policy and Children’s Rights’, the Directorate also provided the child-friendly version of this consultation document which is accessible online at https://empoweringchildren.gov.mt/digital-education-strategy/.

    The Digital Education strategy consultation document is available on the Maltese Booklet: https://digitalliteracy.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2024/04/Maltese-Book-FOR-WEB.pdf.

    English Booklet: https://digitalliteracy.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2024/04/English-Book-FOR-WEB.pdf

    Feedback can be provided until the 28 June 2024 via email address: digital.edu.strategy.meyr@gov.mt.

    Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jibdew Kinder 1 f’Ottubru li ġej / Meeting for parents of children starting Kinder 1 next October

    Għeżież Ġenituri/Kustodji,

    Nixtiequ ninfurmawkom li nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ġunju 2024 se ssir laqgħa għalikom il-ġenituri tal-istudenti li se jibdew Kinder 1 f’Ottubru li ġej.

    Din il-laqgħa se ssir fis-sala tal-iskola, fid-9:30am.

    Inħeġġukom tattendu.

    Grazzi.


    Dear Parents/Guardians,

    Kindly be informed that on Wednesday 26th June 2024 there is going to be a meeting for parents of students starting Kinder 1 next October.

    The meeting will be held in the school hall, at 9:30am.

    We encourage you to attend.

    Thank you.