St Ignatius College Ħaż-Żebbuġ Primary School

Home » Uncategorized

Category Archives: Uncategorized

Stationery Lists – Scholastic Year 2024/2025

Dear Parents/Guardians,

Kindly note that all stationery lists for Kinder and Primary classes can be found on the page ‘Stationery Lists – Scholastic Year 2024/2025’ on our school blog.

Thank you.

Xalata ta’ Kitba bl-Ingliż f’Wied iż-Żurrieq / Family Writing Activity in English at Wied iż-Żurrieq

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed torganizza għadd ta’ Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għat-tfal mit-tielet sas-sitt sena tal-primarja, u l-familji tagħhom.

F’dawn ix-Xalati ta’ Kitba, il-familji jħaddmu l-proċess tal-kitba b’mod divertenti u f’ambjent rilassanti. F’kull esperjenza ta’ kitba t-tfal u l-ġenituri/kustodji tagħhom:

– jiktbu flimkien f’atmosfera pjaċevoli u trankwilla;

– ikollhom esperjenza pożittiva tal-kitba;

– jorbtu l-kitba mal-ħajja ta’ kuljum; u

– jipprattikaw strateġiji prattiċi tal-kitba.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bi sħab ma’ Din l-Art Ħelwa u Merlin Publishers, se torganizza Xalata ta’ Kitba f’Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2024. . Din l-attività se tkun bl-Ingliż.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians,

The National Literacy Agency is organising Family Writing Activities, in Maltese and in English, for Year 3 to Year 6 students accompanied by their parents/guardians.

During the Family Writing Activities, families practise the writing process in a fun and relaxed setting. In each writing for pleasure activity, children and their parents/guardians will:

– write together as a family in a fun and relaxed setting;

– create positive experiences of writing;

– link writing to everyday activities;

– and make use of practical writing strategies.

The National Literacy Agency, in collaboration with Din l-Art Ħelwa and Merlin Publishers, will organise a Family Writing Activity in Wied iż-Żurrieq, Qrendi on Friday 26th July 2024. This activity will be delivered in English.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

Bil-Qari u l-Kitba Niskorja fis-Sajf 2024 / Footballers’ Read and Write Summer Programme

Għeżież Ġenituri/Kustodji tal-istudenti tal-5 u s-6 Sena,

Matul ix-xhur tas-sajf, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se tkun qed toffri edizzjoni tas-sajf tal-programm edukattiv ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’. Is-sessjonijiet se jsiru l-ground ta’ Santa Venera, il-Ħamrun bejn Lulju u Settembru.

L-għan ta’ dan il-programm hu li t-tfal li jħobbu l-futbol jitħajru jaqraw aktar, u f’medda ta’ ftit ġimgħat, ħafna minnhom itejbu l-ħiliet tal-qari u l-fehim tagħhom. Dan il-programm jgħaqqad l-imħabba tat-tfal għall-futbol mal-gost tal-qari u l-kitba, biex it-tfal jitħeġġu jaqraw aktar kotba u jtejbu l-ħiliet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians of Yr 5 & Yr 6 students,

During the summer months, the National Literacy Agency will be offering a summer edition of the Footballers’ Read and Write Programme / Bil-Qari u l-Kitba Niskorja from July to September 2024. Sessions are going to be held at St Venera Football Ground, Ħamrun.

The aim of this programme is to inspire a love of reading and writing amongst students who love football. Past cycles have shown that most of the participants improved their reading skills by the end of the programme. The FRWP sessions combine the children’s love and passion for football with reading and writing, thus motivating them to read and better their overall language skills.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

‘Ġnien in-Naħliet’ – Cartoons bil-Malti/Maltese Cartoons

Għeżież Ġenituri/Kustodji tal-istudenti tat-2 u t-3 Sena,

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi pjaċir tixtieq tgħarraf lill-iskejjel primarji dwar proġett ta’ cartoons bil-Malti li hu aċċessibbli bla ħlas, kif muri hawn taħt:

‘Ġnien in-Naħliet’ hija sensiela ta’ 10 animazzjonijiet viżivi magħmula apposta għat-tfal fit-tieni u t-tielet sena tal-primarja. L-għan ta’ dal-proġett hu li t-tfal ikunu esposti għall-ilsien Malti minn età bikrija u jitgħallmu vokabolarju marbut mal-ħajja ta’ kuljum.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians of Yr 2 & Yr 3 students,

The National Literacy Agency would like to inform primary schools of an ongoing project that offers free access to Maltese cartoons. Details of the project are as follows:

‘Ġnien in-Naħliet’ is a series of 10 visual animations targeted for Year 2 and Year 3 students. The aim of this project is to expose children to the Maltese language from an early age and for them to learn day-to-day vocabulary.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2024 / European Day of Languages 2024

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

Din is-sena, bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Ewropew tal-Lingwi, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed tistieden lit-tfal u ż-żgħażagħ (minn 3 sa 16-il sena) sabiex juru l-ħiliet tagħhom b’lingwa barranija billi jipparteċipaw f’waħda minn seba’ sfidi.

Il-parteċipanti huma mistiedna jieħdu sehem fil-kompetizzjoni: X’Tista’ tagħmel b’Lingwa Barranija? billi joħolqu filmat qasir sabiex juru l-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Dan il-filmat jista’ jsir kemm individwalment kif ukoll mal-ħbieb, mal-aħwa, mal-għalliema, jew mal-membri tal-familja. Dan il-filmat għandu jkun twil minn 2 sa 5 minuti.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians,

This year, as part of the European Day of Languages activities, the National Literacy Agency invites children and young people (ages 3 to 16) to showcase their foreign language skills by participating in one of seven exciting challenges.

Participants are invited to enter the competition: What Can You Do in a Foreign Language? by creating a short video clip demonstrating their language skills. The video can be made individually or with friends, siblings, teachers, or family members. The clip should be between 2 to 5 minutes long.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

Naqra Teatru fis-Sajf – Literacy and Drama Summer Programme

Għeżież Ġenituri/Kustodji tal-istudenti tal-5 u s-6 Sena,

Fis-sajf, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se tkun qiegħda toffri l-programm ‘Naqra Teatru fis-sajf / Literacy and Drama Summer Programme’ għal tfal li matul din is-sena skolastika kienu fil-ħames u fis-sitt sena. L-għan tal-programm hu li t-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tad-drama u tal-lingwa tagħhom, jitħajru jaqraw aktar u jitħeġġew jesprimu l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom permezz ta’ logħob multisensorjali.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


Dear Parents/Guardians of Yr 5 & Yr 6 students,

The National Literacy Agency is organizing a drama and literacy programme for children who were enrolled in Year 5 and Year 6 (during this scholastic year) who wish to strengthen their drama and communication skills. The aim of this programme is to encourage children to develop their drama and language skills, and learn to express their thoughts and emotions through multisensory and drama-based activities.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

‘Wara Ġimgħa Camping’ – sessjoni ta’ ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ / ‘After Camping for a Week’ – a session of ‘With Reading and Writing I find a Beloved Space’

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bi sħab ma’ Spiritual Development in Schools u l-International Scout Campsite ta’ Għajn Tuffieħa, se torganizza s-seba’ sessjoni tal-programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva li jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 snin u 10, u l-familji tagħhom.

Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, qed isiru f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Għal aktar informazzjoni, nitolbukom taqraw iċ-ċirkulari mehmuża hawn taħt.

Grazzi.


The National Literacy Agency, in collaboration with Spiritual Development in Schools and the Għajn Tuffieħa International Scout Campsite, is organising the seventh session of animated reading, creative writing and reflection in a new programme entitled ‘With Reading and Writing I find a Beloved Space’ for 8- to 10-year-olds and their families.

These sessions of animated reading in Maltese and English from the newly published book ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ by author Silvana Cardona, are taking place in various localities around Malta and Gozo.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.

Lezzjonijiet tad-Duttrina / Catechism Lessons

Nixtiequ ninfurmaw lill-ġenituri li jixtiequ jibagħtu lil uliedhom bniet (li se jkunu Year 1 jew Year 2) għal-lezzjonijiet tad-duttrina fiċ-ċentru tal-Azzjoni Kattolika matul is-sena skolastika 2024-2025, li l-lezzjonijiet jibdew f’Ottubru, kull nhar ta’ Tnejn (Year 2) u nhar ta’ Erbgħa (Year 1) mill-5:15p.m. sas-6:00p.m.

Jekk tixtiequ iktar informazzjoni, tistgħu tikkuntattjaw lil Melania Grech (mob. no. 79020236) jew lil Helen Gauci (mob. no. 99889265) Tistgħu tidħlu wkoll fil-paġna ta’ Facebook ‘Azzjoni Kattolika Ħaż-Żebbuġ’.

Grazzi.


We would like to inform parents who wish to send their daughters (who will be in Year 1 or Year 2) to catechism lessons at Azzjoni Kattolika during the next scholastic year 2024/2025, that lessons will begin in October, and will be held every Monday (Year 2) and every Wednesday (Year 1) from 5:15 p.m. to 6:00p.m.

If you would like more information, you can contact either Melania Grech (mob. no. 79020236) or Helen Gauci (mob. no. 99889265). You can also visit the Facebook page ‘Azzjoni Kattolika Ħaż-Żebbuġ’.

Thank you.

Missio Tfal Magazine – Summer Edition

Dear Parents/Guardians,

We are hereby sharing with you the link to the Summer edition of the Missio Tfal Magazine:

Missio Tfal Magazine – Summer 2024

Thank you.

Online Sessions for Parents/Guardians

The Institute for Education (IfE) is accepting applications from parents/guardians interested in following online parental/guardian sessions commencing between July – August 2024.

For more information, kindly read the circular attached below.

Thank you.